Internazzjonali

Joe Biden elett is-46 President tal-Istati Uniti

Wara diversi jiem u sigħat ta’ stennija waslet il-konferma. Joe Biden se jkun is-46 President tal-Istati Uniti wara li l-kandidat tal-Partit Demokratiku jidher li rebaħ l-Istat ta’ Pennsylvania.

B’din ir-rebħa f’dan l-iStat, Biden kiseb 273 vot tal-kulleġġ elettorali. Joe Biden jinsab fuq quddiem fi stati oħrajn fosthom Georgia, Arizona u Nevada.

Din l-elezzjoni hi fost l-iktar missielta u mqanqla fl-istorja riċenti tal-Istati Uniti. Iżda min-naħa tiegħu, il-President attwali Donald Trump għadu qed jiġġieled dan ir-riżultat u qed iressaq numru ta’ rikorsi fil-Qrati fejn qed jallega irregolaritajiet fil-voti bil-posta.

Ma’ Joe Biden, tingħaqad is-Senatur Kamala Harris bħala l-Viċi President tal-Istati Uniti.

Intant il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech feraħ lil Joe Biden u Kamala Harris għal kisba storika li wettqu u saħaq li dan kollu huwa frott il-ħidma politika tagħhom favur il-poplu Amerikan.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/1002714136906558?cft[0]=AZXUqzfkPzjjLuLwYgM5voXwAhLPgI2Xv1xWWQd3-pKcwqxz-Mf3yw12E25B8_KsPhrj9V1j916kbQszHxLiZHesrZjaDARzA54Aw7Mt02PzRQLs1nlmPaPJ_6JiAl77oZ6SJps2Ujo_qdIDIbI-P9lb&tn=%2CO%2CP-R