Futbol Sport

Manchester United jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Manchester United għelbu lil Everton 3-1 ġewwa Goodison Park, biex issa irritornaw lura għar-rebħ wara t-telfiet li sofrew kontra Arsenal u Basaksehir.

Everton fetħu l-iskor fid-19-il minuta wara li l-gowlkiper Jordan Pickford tefa’ xutt b’saħħtu b’Dominic Calvert-Lewin niżżel lil BERNARD li b’konkluzzjoni fil-baxx għeleb lil David De Gea. Sitt minuti wara, Manchester United ġabu d-dro permezz ta’ Bruno FERNANDES wara li rċieva kross mingħand Luke Shaw. L-istess FERNANDES skorja d-doppjetta wara li Marcus Rashford ma laqatx il-kross tiegħu bir-ras filwaqt li Pickford naqas milli jirreaġixxi. United kkonfermaw ir-rebħa fl-aħħar sekondi qabel it-tifsira permezz tas-sostitut Edinson CAVANI.