Lokali Unjoni Ewropea

“Miriam Dalli kienet l-aqwa spalla għal Muscat” – Ana Gomes

Miriam Dalli kienet l-aqwa spalla u tarka fil-Parlament Ewropew għall-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Hekk sostniet Ana Gomes, li għal diversi snin serviet bħala Membru Parlamentari Ewropew fi ħdan il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej, li għandu fi ħdanu wkoll lill-Partit Laburista Malti.

L-eks MEP Portugiża kemm-il darba kkritikat pubblikament lil Muscat u sħabu fil-Kabinett, fosthom waqt attività fil-Belt, fejn kienet saħqet li hu tal-mistħija kif Muscat baqa’ jmexxi l-Gvern Malti.

Min-naħa tiegħu, Muscat jibqa’ magħruf għall-unur li ngħata mill-OCCRP bħala l-aktar bniedem korrott għas-sena 2019, bil-legat li ħalla warajh spiċċa ħammeġ isem Malta u r-reputazzjoni ta’ pajjiżna mal-erbat irjieħ tad-dinja.