Il-Kunsill Lokali tan-Nadur, flimkien ma’ tim ta’ żgħażagħ u voluntiera Nadurin, matul din it-tmiem il-ġimgħa ħejjew mixgħela bix-xemgħat f’Misraħ San Pietru u San Pawl bil-kliem “San Koronatu” u l-arma tal-Pax Christi.

Dan hekk kif in-Nadurin qegħdin jiċċelebraw il-festa sekondarja tagħhom lil wieħed mill-martri anonimi ta’ Ruma, festa li tilħaq il-qofol tagħha għada bil-Quddiesa Pontifikali mill-Isqof Anton Tewma filgħodu u purċissjoni bil-korp sant ta’ San Koronatu fil-Kolleġġjata u Bażilika Nadurija filgħaxija, flok dik li ssir barra kawża tal-pandemija.

L-idea nibtet ftit tal-jiem ilu u bit-tħabbrik ta’ dawk involuti setgħet issir realtà, bis-Sindku tan-Nadur, Edward Said, juri l-apprezzament tiegħu permezz ta’ post fuq Facebook.
