Il-finali tal-Paris Masters li se ssir għada, se tkun bejn Aleksander Zverev u Daniil Medvedev, wara li Rafael Nadal inqala kontra Zverev.
Ir-Russu Daniil Medvedev rebaħ 6-4 7-6(4) kontra l-Kanadiż Milos Raonic biex għadda għal finali ġewwa l-Bercy arena. Nadal safa’ megħlub 4-6 5-7 kontra Zverev, u tilef l-opportunità li jaqbeż lil Roger Federer fir-rekord tal-iktar tennisti b’titli personali, wara li t-tnejn jinsabu fil-quċċata b’20 titlu.
Il-kompetizzjoni qiegħda tintlgħab mingħajr spettaturi minħabba ż-żieda qawwija ta’ każijiet ta’ coronavirus fi Franza.
//= $special ?>