Chelsea għelbu lil Sheffield United 4-1 fi Stamford Bridge wara li kienu minn taħt 1-0, biex b’hekk Sheffield baqgħu f’qiegħ il-klassifika b’punt wieħed biss.
Kienu Sheffield li marru fil-vantaġġ wara disa’ minuti biss meta xutt ta’ Sander Berge ġie devjat minn David MCGOLDRICK. Fit-23 minuta, Chelsea ġabu d-dro permezz ta’ Tammy ABRAHAM minn azzjoni ta’ Mateo Kovacic. Għaxar minuti wara, daqqa ta’ ras ta’ Benjamin CHILWELL għelbet lil gowlkiper wara li rċieva kross mingħand Hakim Ziyech. Chelsea skorjaw bit-tieni daqqa ta’ ras minn THIAGO SILVA minn free kick ta’ Ziyech. Tliet minuti wara kkonfermaw it-tliet punti meta N’golo Kante qassam lil Timo WERNER li mill-viċin ma żbaljax.
Crystal Palace għelbu faċilment lil Leeds United 4-1. Crystal Palace marru fil-vantaġġ wara 12-il minuta minn korner ta’ Eberechi Eze b’Scott DAN ikkonkluda bir-ras. L-Eagles irdoppjaw għaxar minuti wara minn free kick ta’ EZE. Ir-risposta ta’ Leeds waslet fis-27 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ Patrick BAMFORD. Ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, kross ta’ Patrick Van Aanholt ġie devjat minn Helder COSTA għall-awtogowl. Jordan AYEW skorja r-raba’ gowl għal Crystal Palace fis-70 minuta.
//= $special ?>