Sampdoria sofrew telfa ta’ 2-0 kontra Cagliari wara li spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers. Fl-40 minuta, Tommaso Augello ta’ Sampdoria ntwera l-karta ħamra wara konsulatazzjoni mal-VAR. Cagliari ngħataw penalty fil-bidu tat-tieni taqsima wara li Lorenzo Tonelli waqqa’ lil Joao Pedro fil-kaxxa, bl-istess PEDRO inkwadra. Fit-68 minuta, Cagliari kkonfermaw it-tliet punti meta Nahitan NANDEZ għeleb lil Alessio Cragno.
Fil-konfront bejn iż-żewġ timijiet promossi, kienu Spezia li ħarġu rebbieħa kontra Benevento 3-0. POBEGA fetaħ l-iskor fid-29 minuta wara li rċieva kross mingħand Salvador Ferrer. Fil-65 minuta, kross ta’ Emmanuel Nzola sab lil M’Bala NZOLA li fil-baxx għeleb lil gowlkiper. L-istess NZOLA għamel id-doppjetta personali b’daqqa ta’ ras minn korner ta’ Nahuel Estevez.
//= $special ?>