Futbol Sport

Sirens jirritornaw lura bi dro kontra Tarxien

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Sirens………….2

Tarxien……….2

Sirens: D. Cassar, J. Pearson, R. Grech, M. Maia Da Silva, W. Domoraud, A. Borg, S. Tounkara (J. Walker 55′), T. Agius, R. Pericles, L. Romario (A. Bustos 64′), T. Espindola (M. Mifsud 85′)

Tarxien: D. Fernandes, A. Nascimento, B. Muscat (Y. Omuro 90′), M. Spiteri, V. Plut, J. Debono, V. Da Silva, E. Souza, K. Gatt (D. Falzon 70′), M. Tabone, M. Miranda

Imwissija: A. Borg 9’ (S), D. Fernandes 33’ (T), V. Plut 37’ (T)

Skorjaw: V. Plut 3′ (T), M. Da Silva 37′ (S), M. Da Silva 45′ (S), V. Plut 80′ (T)

Referee: D. Portelli

Assistenti Referees: T. Debono, J. Muscat

Sirens kienu miżmuma fi dro ta’ 2-2 kontra Tarxien, hekk kif irritornaw lura għal-logħob wara iktar minn xahar weqfin, minħabba li kellhom numru ta’ plejers pożittivi għall-coronavirus.

Wara tliet minuti biss, Tarxien marru fil-vantaġġ meta Vanger Da Silva qassam fil-kaxxa lil Vito PLUT fejn ikkonkluda mill-viċin.

Tarxien kellhom ċans jirdoppjaw wara li fit-23 minuta, ġirja ta’ Kyle Gatt mal-linja dawwar il-ballun lejn Jurgen Debono li b’xutt b’saħħtu prova jegħleb lil David Cassar iżda laqa’ tajjeb.

Fin-nofsija logħob, opportunità tad-deheb għal Sirens li jġibu d-dro iżda x-xutt ta’ Adrian Borg ħabat mal-minduda u mar barra.

Fid-39 minuta, Sirens skorjaw il-gowl tad-dro. Free kick ta’ Thiago Espindola wassal għal konfuzjoni kbira fil-kaxxa, bil-ballun spiċċa għand Maxuel DA SILVA li kkonkuda fil-baxx.

Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima, l-istess DA SILVA għamel id-doppjetta personali b’daqqa ta’ ras minn korner, wara li Daniel Fernandes ħareġ ħażin għal ballun u ma qabadx.

Fil-bidu tat-tieni taqsima, Tarxien marru viċin b’xutt ta’ Debono minn barra l-kaxxa iżda ħabat mal-lasta.

Sirens kellhom iċ-ċans ikabbru l-vantaġġ fit-68 minuta, meta Samba Tounkara rċieva pass preċiż iżda reazzjoni fil-waqt ta’ Fernandes ċaħħad lil Sirens milli jiskorjaw it-tielet gowl.

Fit-80 minuta, Tarxien kisbu d-dro, wara li PLUT skorja t-tieni gowl minn pożizzjoni ideali minn azzjoni ta’ Matthew Spiteri wara li daħal tajjeb fil-kaxxa u qassamlu.