Sport Sport Ieħor

Weightlifting u Neil Agius fir-raba’ programm – SPORT EXTRA

Fir-raba’ programm SPORT EXTRA fl-iskeda fuq NetTelevision li ser jixxandar għada fl-4.00 pm, fl-ewwel parti, it-tema ewlenija hija l-weightlifting b’riferenza wkoll għal mod kif il-Federazzjoni Maltija tal-Weightlifting ħadet ħsieb biex l-atleti jibqgħu attivi f’nuqqas ta’ kompetizzjonijiet internazzjonali. Charles Camenzuli intervista lil Jesmond Caruana – President tal-MWF kif wkoll lil weightlifters Yazmin Zammit Stevens u Tenishia Thornton .

Fit-tieni parti mis-serje ‘Ħajja fl-isport’, il-mistieden huwa l-għawwiem Neil Agius li fis-sajf li għadda rnexxielu jgħum bejn Sqallija u Malta.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Michael Farrugia.