Coronavirus Lokali Saħħa

102 każi ġodda pożittivi

Fl-aħħar sigħat kienu reġistrati 102 każi pożittivi ġodda ta’ COVID-19. Dan l-ammont itella’ n-numru ta’ każijiet attivi għal 1,964.

Fuq nota iktar pożittivi, fiequ 103 persuna oħra minn dan il-virus. biex b’hekk it-total ta’ dawk li fiequ issa jammonta għal 5,103.

Mill-każi li tħabbru lbieraħ, 32 każ ħadu dan il-virus minn familjari, 5 ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol, 2 persuni kellhom kuntatt dirett ta’ każ pożittiv u 2 ħadu dan il-virus wara li attendew attività soċjali. Il-bqija tal-każi kienu kollha sporadiċi, jiġifieri ma jafux minn fejn ħadu dan il-virus.