Futbol Sport

Aston Villa b’wirja dominanti fl-Emirates Stadium

(Ritratt: EPA)

Aston Villa komplew fuq l-istaġun pożittiv tagħhom meta fl-Emirates Stadium għelbu lil Arsenal 3-0. Aston Villa fetħu l-iskor wara 30 sekonda permezz ta’ John McGinn bil-gowl tiegħu jkun mħassar permezz tal-VAR minħabba li fl-azzjoni li wasslet għall-gowl kien hemm offside.

Aston Villa baqgħu l-aħjar fil-grawnd u marru fil-vantaġġ fil-25 minuta meta minn cross fil-baxx ta’ Matt Targett, kien Bukayo Saka li f’tentattiv li jtajjar il-ballun xeħet fil-lasta tiegħu stess. OLLIE WATKINS skorja t-tieni gowl għal Aston Villa fit-72 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin. L-istess plejer aċċerta mit-tliet punti tliet minuti wara meta għamilhom 3-0.

PREMIER LEAGUE
Il-Ġimgħa: Brighton v Burnley 0-0, Southampton v Newcastle 2-0 Ilbieraħ: Everton v Man Utd 1-3, Crystal Palace v Leeds 4-1, Chelsea v Sheff. Utd 4-1, West Ham v Fulham 1-0 Illum: WBA v Tottenham 0-1, Leicester v Wolves 1-0, Man City v Liverpool 1-1, Arsenal v Aston Villa 0-3