Lokali

“Fejn tidħol is-saħħa tal-bniedem ma nistgħux nirriskjaw” – Bernard Grech

“Fejn tidħol is-saħħa tal-bnidedem ma nistgħux nirriskjaw. Ma nistgħux nilagħbu mas-saħħa tan-nies.” Sostna dan il-Kap tal-PN Bernard Grech il-Ħadd filgħodu f’intervent telefoniku fuq Net FM fejn qal li  l-politika tal-bluff ta’ Robert Abela ma tistax tilgħab mas-saħħa tan-nies.

Bernard Grech qal li fid-dawl ta’ dan kollu twaqqaf il-Covid Action Team sabiex il-Partit Nazzjonalista jkompli jaħdem biex tirpilja l-ekonomija, iżda wkoll biex il-poplu Malti u Għawdxi jibqa’ b’saħħtu.

Il-Kap tal-PN sostna li huwa evidenti li l-Gvern tilef il-kontroll ta’ din il-pandemija. Dan għaliex hekk kif qed jiżdiedu l-każijiet pożittivi, qed tkun kompromessa s-saħħa tan nies. Tant li kien hemm sitwazzjoni fejn ġew pospoti operazzjonijiet mhux urġenti għax ma kienx hemm biżżejjed ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.

Fid-dawl ta’ dan kollu Bernard Grech appella lill-Gvern biex ma jibqax jinjora r-realta ta’ dak li għaddejjin minnu bħalussa.

Bernard Grech tkellem ukoll fuq it-telworking, fejn dan għandu jkun attwatt f’certi postijiet tax-xogħol sabiex jitnaqas it-tixrid tal-corornavirus.

Il-Kap tal-PN saħaq li ma jistax ikun li t-tfal jibqgħu jiżolaw ruħhom minħabba l-ħajja mgħaġġla tal-ġenituri.  Għalhekk huwa importanti li jsir iktar investiment fl-ambjent ta’ madwarna biex t-tfal ikollhom fejn jiddevertu f’arja nadifa.

Bernard Grech qal li l-bniedem ma jistax ikun b’saħħtu biss għax ikollu l-flus imma jrid ukolli wkoll ħin ta’ rilassiment. Għalhekk l-ambjent ta’ fejn ngħixu jrid isir mutur ekonomiku li jgħin ukoll fil-prodott turistiku ta’ pajjiżna.

Il-Kap tal-PN saħaq fuq l-importanza li ħadd ma jibqa’ lura u jkun hemm patt soċjali mal-imsieħba soċjali kollha.

U hekk kif il-Ħadd filgħod saret iċ-ċermonja ta’ Jum ir-Tikfira, Bernard Grech sellem il-memorja ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom biex jibqgħu jiddefendu lil pajjiżna.