Futbol Sport

Gowl lejn it-tmiem ta’ Ibrahimovic isalva punt għal Milan

Gowl lejn it-tmiem ta’ Zlatan Ibrahimovic salva punt għal Milan f’partita li dehret mitlufa.

ANTONIN BARAK fetaħ l-iskor wara sitt minuti wara li kien l-ewwel fuq il-ballun wara li t-tentattiv bir-ras ta’ Ceccherini ħabat mal-mimduda. Verona rdoppjaw fid-19 -il minuta meta x-xutt ta’ MATTIA ZACCAGNI kien devjat minn Calabria għal wara Donnarumma. Milan daħlu fil-partita fis-27 minuta meta minn cross ta’ Saelemaekers kien MAGNANI li xeħet fil-lasta tiegħu stess.

Milan kellhom opportunità tajba li jġibu d-draw meta ngħataw penalty wara li Lovato waqqa’ lil Kessie fil-kaxxa, bi Zlatan Ibrahimovic minn ħdax -il metru jixħet barra. Lejn it-tmiem Milan kellhom gowl ta’ Calabria mħassar minħabba li fl-azzjoni li wasslet għall-gowl kien hemm foul. Fit-93 minuta, ZLATAN IBRAHIMOVIC ġab id-draw għal Milan b’daqqa ta’ ras tajba fuq cross ta’ Diaz biex salva punt għar-Rossoneri.

SERIE A
Il-Ġimgħa: Sassuolo v Udinese 0-0 Ilbieraħ: Cagliari v Sampdoria 2-0, Benevento v Speiza 0-3, Parma v Fiorentina 0-0 Ilbieraħ: Lazio v Juventus 1-1, Atalanta v Inter 1-1, Genoa v Roma 1-3, Torino v Crotone 0-0, Bologna v Napoli 0-1, Milan v Verona 2-2