Sport Sport Ieħor

Id-debuttant That’s Art bl-ewwel suċċess fil-Premier

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella


L-erbgħin laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq forma ta’ gymkana u fuq distanza qasira ta’ 2140m saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Spikkat l-aktar tiġrija tal-klassi Premier u li ntrebħet mid-debuttant Zvediz That’s Art misjuq minn Clint Vassallo. Rodney Gatt temm l-aħjar sewwieq bi tliet rebħiet.


Erbatax -il żiemel ġrew fit-tiġrija tal-aqwa klassi. Din it-tiġija rat taqtiegħa missielta bejn ħames żwiemel fid-dritta finali. Dan wara li l-ġdid Zvediz Joe Hoo Lee (Matthew Sammut) gie sfidat fl-aħħar metri minn numru ta’ żwiemel. Fosthom kien hemm That’s Art (Clint Vassallo) li rnexxilu jieħu l-ewwel rebħa fi xtutna wara li fl-aħħar battuti xejjen l-isfida ta’ Caid De Bengale (Ivan Stivala). Żiemel ieħor ġdid, il-Franciz Altonico (Marco Debono) temm it-tielet quddiem Bara Min (Redent Magro). Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.15.7” fil-kilometru.

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija tal-klassi Gold. Hawnhekk, iż-żiemel li kien quddiem għal ħafna metri, Charming Soldier (Noel BaldaccĦino) beda jnaqqas fil-giri meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali tagħhom. Dan inqabeż minn Drogba Bob (Charles Camilleri) li ħa l-ewwel rebħa tas-sena quddiem Trust Boom Bay (Paul Galea). Charming Soldier kellu jikkuntenta bit-tielet post mill-favorit Cobbys Celeb (Kevin Azzopardi).
Saru wkoll żewġ tiġrijiet tal-ponijiet misjuqa minn tfal li jattendu l-akkademja tal-Malta Racing Club. Dawn intrebħu minn Rosenbergs Attacca (Disma Attard) u My Glesca (Jaydon Cutajar).


Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Eole De Mahey (N. BaldaccĦino) Ħin – 2.43.1” (1.16.3”) 2. Facile First (M. Debono) 3. Filou Du Lion (M. Ellul) 4. Grace d’Auberville (M. Attard)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Digital Life (C. Camilleri) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Lady Red Summer (J. Mercieca) 3. Bellflower (C. Borg) 4. Fakir Haleryd (R. Schembri)
III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Atout De Carriere (J. Gafa’) Ħin – 2.46.7” (1.17.9”) 2. Khali Magdalon (Ch. Gauci) 3. Rasputin LG (P. Galea) 4. Alsace In (J. Zammit)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ellipsis AM (R. Gatt) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Sitka Rod (T. Demanuele) 3. Gigant Well (C. Degiorgio) 4. Joyus (C. Camilleri)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Keep Me Tooma (R. Gatt) Ħin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Look Twice (K. Galea) 3. Staro Evergreen (M. Tanti) 4. Invicta (C. Camilleri)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Drogba Bob (C. Camilleri) Ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Trust Boom Bay (P. Galea) 3. Charming Soldier (N. BaldaccĦino) 4. Cobbys Celeb (K. Azzopardi)
VII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Quickspin (C. Calleja) Ħin – 2.47” (1.18”) 2. Dehande (R. Gatt) 3. Top Di Girifalco (N. Barbara) 4. Greatandeasy CC (J. Muscat)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. That’s Art (C. Vassallo) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Caid De Bengale (I. Stivala) 3. Altonico (M. Debono) 4. Bara Min (R, Magro)
IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Charm Blou (R. Gatt) Ħin – 2.44.7” (1.16.9”) 2. Prinsen One (M. Farrugia) 3. Barbarella (N. BaldaccĦino) 4. Broadway Surprise (C. Muscat)