Il-COVID-19 mill-ġdid reġa’ ħasad il-ħajja ta’ aktar anzjani hekk kif il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 2 imwiet oħra biex f’ġurnata waħda pajjiżna rreġistra 3 imwiet.
Il-vittmi huma 2 anzjani li t-tnejn mietu fl-Isptar Mater Dei llum, wieħed ta’ 79 sena, li ttestja pożittiv jumejn ilu , kif ukoll anzjan ta’ 71 sena, ikkonfermat pożittiv 9 ijiem ilu.
Din id-darba, il-Ministeru ma qalx jekk il-vittmi kellhomx kundizzjonijiet ulterjuri.
B’hekk, il-medja ta’ imwiet hija ta’ 2 kuljum hekk kif minn nhar it-Tnejn ‘l hawn, b’kollox il-vittmi tal-pandemija kienu 14.
//= $special ?>