Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara argument f’San Pawl il-Baħar

Mara u raġel kienu involuti f’argument fi Triq il-Hgejjeg, San Pawl il-Baħar.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-tlieta u kwart (0315hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’argument ġo blokka t’appartamenti u li kien hemm persuna feruta.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li l-argument seħħ bejn raġel u mara Niġerjani ta’ 24 sena.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.