Sport Sport Ieħor

Joan Mir jirbaħ il-Grand Prix tal-Ewropa f’Valencia

Joan Mir ta’ Suzuki rebħa il-Grand Prix tal-Ewropa li sar fiċ-ċirkwit ta’ Ricardo Tormo f’Valencia. Fit-tieni post temm sieħbu fit-tim Alex Rins filwaqt li fit-tielet pożizzjoni temm is-sewwieq ta’ KTM Pol Espargaro. Il-Ġappuniż Takaaki Nakagami temm fir-raba’ post b’ Miguel Oliveira tal-Portugall itemm fil-ħames post. Jack Miller ta’ Ducati u Brad Binder ta’ KTM temmew fis-sitt u fis-seba’ post rispettivament.


Andrea Dovizioso temm fit-tmien post u kien segwit minn Johann Zarco li temm fid-disa’ post. Davide Petrucci temm fl-għaxar post. B’din ir-rebħa Mir telgħa fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali 137 punt, segwit minn Fabio Quartararo b’123 punt.

Kif temmew: 1 J. Mir 41’37.297, 2 A. Rins +0.651, 3 P. Espargaro +1.203, 4 T. Nakagami +2.194, 5 M. Oliveira +8.046, 6 J. Miller +8.755, 7 B. Binder +10.137, 8 A. Dovizioso +10.801, 9 J. Zarco +11.550, 10 D. Petrucci +16.803, 11 F. Morbidelli +17.617, 12 S. Bradl +24.350, 13 M. Vinales +25.403, 14 F. Quartararo +36.639, Ma temmewx: L. Savadori, A. Marquez, T. Rabat, F. Bagnaia, C. Crutchlow, V. Rossi, A. Espargaro