Kuntistabbli tal-Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku ttieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li ġarrab ġrieħi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Far.
Illum, għall-ħabta tas-1:40pm, il-Pulizija tas-Sezzjoni tat-Traffiku flimkien mar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru jassistu lill-Pulizija tad-Distrett fuq spezzjonijiet rigward kontravenzjonijiet fiż-Żona Industrijali.
Il-kuntistabbli ta’ 33 sena, tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. Hu ttieħed l-isptar għal kura b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>