Lokali

Mara ta’ 30 sena ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Mara ta’ 30 sena li tgħix Santa Venera kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li ġarrbet xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku fl-Imtarfa.

Illum, għal ħabta tad-8:40am, il-Pulizija intalbet tassisti persuna li weġġgħet fi Triq il-Maltin Internati u Eżiljati. L-ewwel investigazzjonijiet juru li kien hemm ħabta bejn tliet vetturi. Karozza Ford, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena li jgħix il-Mosta, vann Toyota Hilux, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 47 sena li jgħix ir-Rabat u mutur tat-tip Honda li kien qed jinstaq mill-mara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditha l-isptar u ġiet iċċertifikata minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.