Lokali

Passiġier isofri ġrieħi gravi

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 26 sena minn Nepal, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa u nofs (0430hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’ħabta fi Triq Fleur De Lys, Birkirkara.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li x-xufier tal-vettura Mazda Demio, raġel ta’ 24 sena minn Nepal tilef il-kontroll u ħabat ġo stabbiliment tal-ġojjelerija. Mas-sewwieq kien hemm żewġ passiġieri oħra. Wieħed minnhom sofra xi ġrieħi u ttieħed lisptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.