Wara l-aħħar rawnd ta’ testijiet li saru, Zach Muscat instab pożittiv għall-coronavirus. Dan kien ikkonfermat waqt il-programm Replay mill-Viċi President tal-MFA Matthew Paris.
B’reazzjoni għal din l-aħbar il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia li wkoll jinsab fl-aħħar jiem tal-kwarantina wara li nstab pożittiv għall-coronavirus f’kollegament telefoniku waqt il-programm Replay qal li jiddispjaċieh ħafna li Zach Muscat se jkun qiegħed jitlef dawn il-partiti filwaqt li kompla li l-plejers li se jieħdu postu se jkunu kapaċi l-vojt tiegħu.
Zach Muscat li jilgħab barra l-pajjiż fil-Portugall ma’ Casa Pia fejn kien qiegħed ikollu staġun ferm pożittiv. It-tim nazzjonali Malti se jkun impenjat fi tliet partit fil-jiem li ġejjin bl-ewwel impenn ikun nhar l-Erbgħa f’partita ta’ ħbiberija kontra Liechtenstein sabiex tonora l-karriera twila tal-attakkant Michael Mifsud mat-tim nazzjonali Malti.
//= $special ?>