Sport Sport Ieħor

Primoz Roglic jirbaħ La Vuelta

(Ritratt: EPA)

Primoz Roglic rebaħ it-Tour ta’ La Vuelta ta’ din is-sena minkejja li ma rebaħx l-aħħar stadju li sar bejn Hipodroma De La Zarzuela u Madrid fuq distanza ta’ 125.4km. Iċ-ċiklista Sloven ta’ Team Jumbo kien dominanti tul it-tour kollu u żamm il-flokk l-aħmar fil-maġġoranza tal-istadji.


Roglic tilef it-Tour de France fl-aħħar stadju hekk kif kien ukoll iddomina dan it-tour. Fl-istadju ta’ llum, Pascal Ackermann għeleb l-isfida ta’ Sam Bennett wara taqtiegħa li kienet deċiża permezz tal-photo finish.