Futbol Sport

Rebħiet għal Marsa u Marsaxlokk

(Ritratt: Matthew Tabone)

Chris Cassar


MARSA. …………………… 4
NAXXAR L. ………………. 1


Marsa – N. Vella, P. Chircop (J. Galea 72 min), J. Bondin, P. Lapira (P. Avavedo 46 min), A. Monticelli (L. Micallef 46 min), M. Micallef, J. Lima (R. Confettura 72 min), D. Grima, P. Teixeira, L. Grech (G. Mckay 61 min), F. Gusman.


Naxxar L – O. Borg, M. Fenech, M. Mifsud, E. Ferreira Silva, G. Xuereb (J. Sciberras 83 min), A. Azzopardi, R. Cassar, J. Ellul, A. Tenorio, F. Zuniga (T. Battaglia 58 min), S. Meilak.

Referee: Slobodan Petrovic

B’rimonta mill-aqwa fit-tieni taqsima Marsa dawwru telfa f’rebħa u kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun għas-spejjeż ta’ Naxxar li issa jinsabu fi kriżi kbira ta’ riżultati fejn kisbu biss punt mill-aħħar ħames logħbiet tagħhom. Marsa kien jimmerithom din ir-rebħa, fejn mingħajr dubju ż-żewġ bidliet li wettaq il-kowċ Ivan Zammit fl-intervall ittrasformaw lil dan it-tim li kien ġej minn telfa bi skor kbir kontra Pieta u għalhekk kien jiħtieġ li jwettaq reazzjoni denja, kif fil-fatt għamel. Wara 16-il minuta xutt ċentrali ta’ Lapira kien ikkontrollat faċilment mill-goalkeeper Naxxari Omar Borg u tliet minuti wara tentattiv minn naħa ta’ Naxxar bix-xutt ta’ Mead Mifsud imur ftit għoli.

Fil-41 minuta Naxxar fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ korner kien Erikys Ferreira li bir-ras xeħet il-ballun fix-xibka. Żewġ bidliet għal Marsa fil-bidu tat-tieni taqsima, Marsa li ħarġu ferm aggressiva jfittxu l-gowl tad-draw u resqu qrib b’azzjoni tas-sostitut Azavedo li minn qagħda angolata spara ftit għoli. Fil-65 minuta freekick ta’ Naxxar u Cassar minn qagħda tajba jixħet barra. Fit-68 minuta hekk kif kien se jkun mibdul Teixeira Maia b’daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ korner kiseb id-draw għal Marsa.

Żewġ minuti wara Marsa viċin it-tieni gowl iżda x-xutt ta’ Lyden Micallef li għeleb lil Borg kien salvat mid-difiża Naxxarija. Fid-79 minuta Marsa marru fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ korner kien Azavedo li skorja b’daqqa ta’ ras, fejn kien hemm ukoll Lyden Micallef li seta’ kompla l-ballun għal ġewwa. Marsa issa kienu għal kollox superjuri u fit-92 minuta kabbru l-iskor meta minn kross preċiż ta’ Mano Micallef, kien Lyden Micallef li skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin. Fil-85 minuta wasal ukoll ir-raba’ gowl b’azzjoni ta’ Azavedo li qassam lejn Micallef li skorja t-tieni gowl personali tiegħu b’xutt fil-baxx. Fl-aħħar minuti Naxxar spiċċaw ukoll il-logħba b’għaxar plejers meta Ferreira kienu muri t-tieni karta safra.

MQABBA ………………….. 0
MARSAXLOKK ………….. 1


Mqabba: J. Grech, L. Farrugia, N. Falzon, G. Mannino, J. Castano, K. Cutajar, R. Cutajar, R. Spiteri, D. Micallef, G. Cesani, G. Bugeja.

Marsaxlokk: F. Tabone, C. Degabriele, J.P. Morales, G. Barone, P. Doffo, J.P. Mifsud Triganza, J. Cabral, J. Spiteri, C. Brincat, P. Xuereb, R. Fenech.

Referee: Slawomir Olucha

Marsaxlokk kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fi sapzju ta’ ftit jiem meta f’logħba li teknikament kienet fqira għelbu lil Mqabba 1-0 bil-gowl waħdani jasal fit-tieni taqsima.
Komplessivament Marsaxlokk kienu aħjar mill-avversarji u ma serqu xejn fejn fl-aħħar tal-logħba fallew anki penalty li seta’ għamel ir-rebħa iktar komda.
Fil-bidu tal-logħba Marsaxlokk taw l-impressjoni li se jiddominaw lill –avversraji, hekk kif Cabral beda jagħmel ħafna ħsara fuq in-naħa xellugija tal-attakk Xlukkajr. F’dan l-ewwel battuti Mqabba dehru konfużi fid-difiża fejn donnhom ma setgħux isibu tarf tal-ħeffa tat-tim immexxi minn Edgar Degabriele.

Iżda iktar ma beda għaddej il-ħin iktar il-furja ta’ Marsaxlokk bdiet tonqos u iktar Mqabba bdew isibu saqajhom u jidħlu fil-logħba. Mal-ħin il-logħba saret mill-iktar bilanċjatas biż-żewġ naħat ma jċedux pulzier, iżda l-ispettaklu kien wieħed fqir biż-żewġ naħat jonqsu li jkunu perikolużi quddiem il-lasta.L-isbaħ azzjoni waslet fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta Russell Fenech għadda tajjeb fuq il-lemin u qassam lejn Mifsud Triganza li pprova semi-rovexxata akrobatika iżda l-ballun mar għoli fuq il-lasta ta’ Grech.
L-andament fit-tieni taqsima ftit inbidel biż-żewġ difiżi jrażżnu l-attakki sakemm fit-63 minuta minn kross mix-xellug kien Peter Xuereb li b’daqqa ta’ ras stupenda poġġa lil Marsaxlokk fil-vantaġġ.
Mqabba ppruvaw iwettqu reazzjoni iżda ma kienux perikolużi. Fl-74 minuta Marsaxlokk viċin it-tieni gowl b’azzjoni ta’ kontrattakk veloċi bil-ballun jasal għand Mifsud Triganza li x-xutt tiegħu ħabat man-naħa ta’ barra tax-xibka.

Fl-84 minuta ċans ted-deheb għal Marsaxlokk li jagħlqu l-logħba meta kien hemm imbuttatura fil-kaxxa bir-referee jordna l-penalty iżda mill-11-il metru s-sostitut Ivan Paz ra x-xutt tiegħu jistampa mal-mimduda