“Se nilqa’ dan il-vjaġġ bl-ikbar lealtà hekk kif dan hu don li għandi nerfa’ b’responsabbiltà”
Kliem il-Kardinal-elett, Mario Grech waqt intervista li saritlu minn Roderick Agius fil-programm Dritt għall-Punt. Huwa qal li b’lealtà qed jilqa’ il-vjaġġ il-ġdid tiegħu minkejja l-piż li din il-pożizzjoni se tkun qed ġġorr magħha.
Mariol Grech qal li se jkun qed jaħdem bl-aħjar mod possibli fuq il-passi tal-Papa Franġisku filwaqt li se jkun qed iwessa’ l-viżjoni tiegħu bl-aħjar mod.
Huwa fakkar li wieħed ikun Nisrani ma jfissirx biss li jmur għall-quddiesa u jieħu l-Ewkaristija iżda tmur lil hinn minn hekk.
Filfatt, Mario Grech qal li wieħed għandu dejjem jirrispetta u jħobb lil ħaddieħor hi x’inhi is-sitwazzjoni, twemmin u nazzjonalità fost oħrajn.
Il-Kardinak ekett Mario Grech tenna l-pożizzjoni tieegħu dwar l-abort.

