Futbol Sport

Silvio Vella jsejjaħ l-iskwadra ta’ taħt il-21 sena

(Ritratt: Joe Borg)

Silvio Vella sejjaħ l-iskwadra ta’ taħt il-21 sena li se tkun iffurmata minn 22 plejer għall-logħob ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena kontra l-Ukranja u l-Fillandja.

Numru ta’ plejers se jkunu qed jirritornaw minn injuries u oħrajn minn kwarantina u sitwazzjonijiet oħra relatati mal-coronavirus. Il-gowlkiper Timothy Aquilina, id-difensur Nicholas Pulis, il-midfielder Jamie Zerafa, Marcus Grima u Ayrton Attard kollha se jkunu nvoluti.

Fost il-plejers ta’ esperjenza neqsin hemm Michele Sansone u Dejan Debono kif ukoll l-attakkant Zachary Brincat li kollha qed jirkupraw minn injuries. It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena se jkun impenjat kontra l-Ukranja nhar il-Ġimgħa fil-5.00pm qabel ma nhar it-Tlieta 17 ta’ Novembru jilgħabu l-aħħar partita kontra l-Fillandja fit-3.00pm, ukoll fis-Centenary Stadium.

L-ISKWADRA TA’ TAĦT IL-21 SENA

GOWLKIPERS

Cain Formosa (San Ġwann);Timothy Aquilina (Sliema Wanderers); Rashed Al-Tumi (Arzachena, Italja).

DIFENSURI

Gary Camilleri (Balzan), Nicholas Pulis (Valletta), David Xuereb (Senglea Athletic), Matthew Ellul (Hibernians), Owen Spiteri (San Ġwann), Carlo Zammit Lonardelli (Fidelis Andria, Italja).

MIDFIELDERS

Zachary Grech (Hibernians), Darren Borg (Ħamrun Spartans), Liam McKay (Santa Lucia), Andreas Vella (Santa Lucia), Jamie Zerafa (Santa Lucia), Marcus Grima (Balzan), Ayrton Attard (Hibernians), Bradley Sciberras (Marsaxlokk).

ATTAKKANT

Sebastian Grech (Sliema Wanderers), James Scicluna (Pietà Hotspurs), Omar Elouni (Gżira United), Andrea Zammit (San Ġwann), Andrei Spiteri (Mosta).