Lokali

Studenti diskriminati billi ma jingħatawx ċans ieħor

"Agħtu lill-istudenti ċans ieħor"

Għadd ta’ studenti li spiċċaw l-edukazzjoni fil-livell post-sekondarju mhux qed jingħataw l-istess opportunità li ngħataw studenti oħra fi snin passati hekk kif ir-resits ta’ Diċembru mhux se jkunu qed jgħoddu biex l-istudenti jibdew kors fl-Università ta’ Malta din is-sena… deċiżjoni li ttieħdet mill-Ministeru tal-Edukazzjoni mingħajr ebda tip ta’ spjegazzjoni għal dan.

Dan ħareġ minn studenti li bdew petizzjoni dwar dan fejn jgħidu li l-avviż li ngħataw ħareġ baxx baxx u bil-moħbi, bl-istudenti ma kellhomx għażla għal diskussjoni favur il-futur tagħhom.

L-għajta ta’ dawn l-istudenti tkun waħda… “Iż-żejjed kollu żejjed. Ħudu d-deċiżjoni li r-resits jgħoddu!!”

https://www.change.org/p/university-of-malta-give-students-a-second-chance?utm_content=cl_sharecopy_25718493_en-US%3A5&recruiter=692576270&utm_source=share_petition&utm_medium=copylink&utm_campaign=share_petition