It-tkaxkir tas-saqajn tal-Prim Ministru Robert Abela b’rabta mar-reshuffle imminenti fil-kabinett saħnet il-qiegħa fil-kabinett tal-Gvern Laburista.
Dan hekk kif Ministri Laburisti li tkellmu b’anonimità mal-gazzetta MaltaToday qalu li dan id-dewmien żied l-ansjetà fosthom fuq il-futur tagħhom fil-kabinett hekk kif stennew li r-reshuffle ssir fit-tmiem il-ġimgħa ma’ tmiem id-dibatiti tal-baġit fil-Parlament.
L-ispekulazzjonijiet ilhom jiġru fost is-segretarjati tal-Ministeri dwar x’ se jkunu l-għażliet ta’ Robert Abela, b’Ministru partikolari saħansitra qal li hemm bosta minnhom beżgħana li l-karriera ministerjali se tispiċċa ħesrem hekk kif issa spiċċaw jiftaħru b’kull ħaġa li jkunu għamlu qabel ma Abela jaqtalhom rashom.
Tant kemm ir-reshuffle hija mistennija li sors viċin il-Prim Ministru saħansitra qal mal-gazzetta li Abela qed iwieżen ħafna affarijiet biex jipprova li b’dan iċ-ċaqlieq fost il-Ministri, tiġih tajba u mingħajr ma jkollu rewwixti jeħles bil-pulit minn ministri ta’ żmien Joseph Muscat li ħammġu r-reputazzjoni tal-pajjiż.
B’dawn il-manuvri, Abela se jkollu problemi kbar fost il-kostitwenti ta’ Ministri li jrid jeħles minn ma’ saqajh wara li dawn l-Ministri rabbew l-għeruq fid-distretti.
Miriam Dalli, li rritornat minn Brusselmistennija tingħata ministeru b’portafol tant kbir li se jnaqqar sew mid-dekasteri li huma responsabbli minnhom il-Ministru tal-Ekonomija, Silvio Schembri u l-Ministru tal-Ambjent, Aaron Farrugia.
Mill-banda l-oħra, bil-mossa teknokratika ta’ Robert Abela, li jdaħħal liċ-Chief of Staff tiegħu fil-grupp parlamentari, il-MaltaToday qalet li huwa aktar minn evidenti li l-eks-Kap Eżekuttiv tal-Jobs Plus, Clyde Caruana, se jieħu post Edward Scicluna bħala Ministru tal-Finanzi.
Il-Ministri li tkellmu mal-Maltatoday saħqu li fost iż-żewġ persuni li Abela qed jikkunsidra biex jieħdu post Clyde Caruana biex imexxu s-Segretarjat tiegħu hemm id-Deputat Kmandant tal-Forzi Armati, Mark Mallia, kif ukoll Ian Borg, avukat li kien jaħdem fl-uffiċċju ta’ Miriam Dalli u li issa ħa konsulenza f’Kastilja.
//= $special ?>