Il-grupp BTS indubjament seraq ix-xena waqt il-European Music Awards ta’ din is-sena organizzati mill-istazzjon MTV.
BTS fil-fatt rebħu l-unuri għall-Aqwa Kanzunetta, l-Aqwa Grupp, l-Aqwa Performance Virwali, u l-unur Buggest Fans. Bl-MTV jippremja l-kanzunetta ‘Dynamite’ bħala l-aħjar xogħol għal din is-sena.
Fis-serata li twasslet b’mod virtwali minn Londra, Lady Gaga ingħatat l-award għall-Aqwa Artista, filwaqt li l-unur tal-Aqwa Video ingħata lil Dj Khaled u Drake bil-kanzunetta ‘Pop Star’.
Il-kantanta Kolombjana Karol G, li splodiet fix-xena mużikali fl-aħħar snin, rebħet żewġ unuri – l-Aqwa Kollaborazzjoni u l-award Best Latin.
Il-grupp femminili Little Mix, li prezentaw is-serata tal-European Awards, ġew premjati bl-unur “Best Pop”.
//= $special ?>