Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 102 każi ġodda – 82 ifiqu

F’temp ta’ ġimgħa pajjiżna ra żieda ta’ 843 każ ġdid ta’ Covid-19.

Dan wara li fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 102 każi ġodda ta’ Covid-19 bil-każi attivi jammontaw għal 1,982.

Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 7,460

Bejn il-Ħadd u t-Tnejn fiequ 82 persuna sabiex it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 5,185.

Intant, mill-102 każi li tħabbru tul il-jum tal-Ħadd; 9 każi kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittiv preċedentament, 12-il każ minn fuq il-post tax-xogħol, 4 każi li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, u każ minn attività soċjali.

Dan ifisser li 80 persuna ma kellhomx idea minn fejn jew mingħand min ġew infettati bil-virus. Għaldaqstant iċ-ċifri qed jindikaw li t-tixrid sporadiku kif ukoll fil-postijiet tax-xogħol għadu wieħed għoli ħafna.

Fl-aħħar 16-il jum kienu 29 il-vittmi rreġistrati fil-Gżejjer Maltin, b’medja allarmanti ta’ kważi 2 kuljum. Dan sabiex il-vittmi preżentament qed jammontaw għal 78.

Intant, sfortunatament matul il-ġurnata kienu mħabbra tliet imwiet kaġun tal-COVID-19: