Il-vaċċin tal-Coronavirus li qed tiġi żviluppata minn Pfizer u BioNTech instabet li hija mad-90% effettiva sabiex tissalvagwardja l-popli minn dan il-virus qerriedi.
Dan ġie kkonfermat mill-midja internazzjonali fejn ġie rrapportat li l-fażi 3 ta’ l-ittestjar ta’ dan il-vaċċin kien jinvolvi aktar minn 43,500 parteċipant – b’90% minnhom kienu protetti mill-virus f’temp ta’ 28 jum.
Kienu biss 94 mill-parteċipanti li ttestjaw pożittiv għall-Covid-19 madanakollu bl-ebda sintomi ta’ theddida fuq ħajjithom.
Dan kollu ġie deskritt mill-esperti bħala ġurnata mill-isbaħ għax-xjenza u għall-umanità. Huma saħqu li dan ir-riżultat huwa dak li bosta kienu ilhom jistennew sabiex id-dinja toħroġ minn din il-mina mudlama li xeħtitna fiha din il-pandemija.
//= $special ?>