Futbol Sport

Fiorentina jkeċċu lil Iachini u jaħtru lil Prandelli

Fiorentina keċċew lil kowċ tagħhom Beppe Iachini biex minfloku ħatru lill-eks kowċ tagħhom Cesare Prandelli li se jkun qed jirritorna fuq il-bankina ta’ Fiorentina wara li mexxa lill-klabb bejn l-2005 u l-2010.

Dan l-istaġun ma tantx kien wieħed pożittiv għall-Viola sa issa fejn minn seba’ partiti kisbu biss żewġ rebħiet u żewġ draws u jinsabu bi tmien punti fit-12 -il post tal-klassifika.

L-ewwel esperjenza ta’ Prandelli f’Firenze kienet waħda pożittiva ferm fejn fl-ewwel erba’ snin it-tim dejjem spiċċa mal-ewwel sitt timijiet fis-Serie A u saħansitra daħħal lil Fiorentina fil-UEFA Champions League. L-esperjenza ta’ Prandelli ntemmet fl-istaġun 2009/2010 fejn kien temm fil-ħdax -il post u wara kien inħatar kowċ tat-tim nazzjonali Taljan.