Bħalissa, diversi lukandi waqfu l-operat tagħhom temporanjament minħabba d-daqqa tal-pandemija.
Filwaqt li xi lukandi ghalqu ghal kollox, hemm ohrajn li qed jimlew biss 20% jew 30% tal-kmamar kollha.
Iżda fi kliem il-Ministru tat-Turiżmu, ħafna mil-lukandi jinsabu maghluqin għax qed jagħmlu refurbishment.
Farrugia Portelli ppruvat tiżgiċċa mill-mistoqsijiet tagħna, minkejja li konna tlabna lill-assistenta personali tagħha għal intervista mal-Ministru. Wara li ġbidna l-attenzjoni tal-Ministru… u wara li stennejna ftit ieħor… il-Ministru daret biex ittina kumment.
Staqsejna lil Farrugia Portelli għal statistika dwar lukandi u ristoranti, li jaqgħu taħt ir-respopnsabbilta tagħha, iżda hi ma kinitx kapaċi twieġeb b’fatti konsistenti mal-mistoqsijiet tagħna, bħal per ezempju kemm persuni tpoġġew fuq 3 jew 4 day week, kemm kien it-telf finanzjarju f’dan il-qasam u xi tbassir għandu l-Gvern dwar l-impatt ekonomiku fis-settur turistiku fix-xhur li ġejjin.
Il-Ministru tat-Turiżmu, li ilha taqla’ kritika dar in nuqqas ta’ kompetenza tagħha fis-settur mill-famuża intervista fuq il-BBC, baqgħet ma weġbitx dwar jekk il-mechanisms tagħha ħadmux.
Lanqas ma wieġbet dwar kemm tinsab ċerta li se żżomm il-Ministeru, wara r-reshuffle li mistenni jħabbar minn ħin għall-ieħor il-Prim Ministru Robert Abela.
//= $special ?>