Il-President tal-ASA Joe Caruana Curran se jerġa’ jkun fost il-persuni ewlenin fit-tmexxija tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Isport Akwatiku hekk kif reġa’ ġie elett biex ikun parti mill-Bureau tal-LEN. Caruana Curran li ilu President tal-ASA mill-2010, kien inħatar għall-ewwel darba fil-Bureau tal-LEN fl-2016 u t-tieni terminu tiegħu jispiċċa fl-2024.
Waqt il-Kungress li sar b’mod virtwali u li fih attendew ir-rappreżentanti tat-52 pajjiż membru, Paolo Barelli reġa’ ġie konfermat bħala President tal-LEN għat-tielet darba. B’vot qawwi hu ġie elett b’86 vot kontra t-13-il vot tal-Franċiż Gilles Sezionale. David Sparkes żamm postu bħala Segretarju Ġenerali filwaqt li Fernando Carpena nħatar bħala Teżorier tal-LEN. Għall-ewwel darba fl-istorja, il-LEN se jkollha żewġ Viċi Presidenti nisa.
//= $special ?>