Lokali

Il-Whip tal-Gvern jgħid li l-Prim Ministru naqas

Għaddew tmint ijiem, u biss skiet itarrax minn naħa tal-Gvern Laburista fil-konfront tal-aħbar li ħarġet fil-media li politiku tiegħu huwa implikat fl-attentat ta’ hold-up fuq l-HSBC 10 snin ilu.

Net News staqsa lill-Whip tal-Gvern Laburista jekk bħala membri tal-Gvern iddiskutewx dan il-fatt xokkanti, li jallega li wieħed minnhom kien involut f’din l-attivita kriminali.

Iżda Glenn Beddinfield spjegalna li tal-Lejber, jiddiskutu biss fatti u jinjoraw l-allegazzjonijiet.

“AĦNA BĦALA POLITIĊI NĦOBBU NITKELLMU BISS FUQ FATTI”

Din it-tip ta’ strateġija li qed juża l-Gvern ta’ Abela tfakkar lil ħafna f’meta l-media ħarġet allegazzjonijiet dwar membri tal-Gvern, inkluż dwar il-kumpaniji sigrieti fil-Panama ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, u fejn baqgħu qatt ma ttieħdu passi fil-konfront tagħhom minn Joseph Muscat, b’dan tal-aħħar ċaħħad lid-Deputati Laburisti minn free vote fil-vot ta’ fiducja fil-konfront ta’ Konrad Mizzi.

Staqsejna wkoll lil Whip Laburista dwar il-ħatra taċ-Chairman tal-FIAU minn Robert Abela, li għamel minn wara dahar kulħadd u bi ksur tal-liġi; kif mitlub skont ir-regoli tal-Parlament.

Bi Glenn Bedingfield spicca ammetta li l-Prim Ministru zbalj,a u li dan il-każ għandu jitressaq fil-kamra tar-rappreżentanti

“FUQ TAL-FIAU NAĦSEB LI KIEN NUQQAS U L-KAŻ GĦANDU JITRESSAQ”

Ftit tal-jiem ilu, il-Kap tal-PN Bernard Grech tefa’ dawl fuq l-mod kif il-Prim Ministru Robert Abela kien għamel din il-ħatra bi ksur tal-liġi u saħaq li karigi bħal dawn jeħtieġu skrutinju għoli biex ikun żgurat li l-persuna maħtura tkun l-aktar waħda valida u l-istituzzjonijiet verament jitħallew jaħdmu.