Lokali

It-Tfassil tal- Futur Diġitali Ewropew – eSkills Malta Foundation

L-Istrateġija Diġi-tali tal-Unjoni Ewropea tistab-bilixxi t-triq li l-Ewropa teħtieġ li tieħu biex timxi il-qud-diem, għal Ewropa diġitali. Din l-is-trateġija tiddefinixxi kif it-teknoloġija se tintuża biex jintlaħqu l-objettivi biex it-te-knoloġija tagħmel differenza vera għall-ħajja ta’ kuljum tan-nies ta’ kull livell u status, tkabbar il-kummerċ bl-użu iktar tat-teknoloġija effiċjenti u sostenibli, u fl-aħħarnet timpli-menta l-aspett diġitali li jirrispetta l-valuri demokratiċi funda-mentali tagħna.

Fost affarijiet oħra, l-Unjoni Ewropea qed tippjana li tippublika l-ewwel verżjoni tal-Istrateġija Diġitali Ewropea u l-Istrateġija Ewropea tal-informazzjoni fit-tielet kwart tal-2020. L-Istrateġija Ewropea tal-informazzjoni hija r-riżultat ta’ koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-membri fl-Unjoni Ewropea.

Fix-xogħol tagħha, Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-trasformazzjoni diġitali trid taħdem madwar l-Unjoni Ewropea kollha, filwaqt li tirrikkonoxxi li kulħadd irrid jipparteċipa biex din tkun suċċess, dan jinkludi ċittadini, negozji, is-soċjeta ċivili u s-settur pubbliku.

Minn naħa tagħha, l-industrija diġitali kummerċjali ewlenija għandha tassumi r-responsabbiltajiet tagħha u tagħti aċċess għall-informazzjoni għal użu kommuni ta’ kullħadd. B’mod ġenerali, dan huwa pass importanti biex l-Ewropa ssir industrija diġitali ewlenija fl-ekonomija globali (Digital Single Market).

Ħafna pajjiżi Ewropej fosthom Malta huma ċerti li ser jibbenefikaw minn dan l-isforz. F’konformità mal-Istrateġija Diġitali tal-UE, l-eSkills Malta Foundation nediet in-‘National eSkills Strategy 2019-2021’ f’Marzu tal-2019 li fil-fatt tikkumplimenta d- ‘Digital Malta Strategy 2014-2020’ li kienet mnedija fl-2014. Il-viżjoni hija biex il-pajjiż li jippermetti li jagħti s-setgħa diġitali lin-nies, lill-komunitajiet u lill-intraprendituri permezz tal-użu intelliġenti u universali tal-ICT”. L-Istrateġija tgħin ukoll sabiex l-ħajja taċ-ċittadini ssir aħjar, ittejjeb is-servizzi fil-komunità u tgħin lill-intrapriżi jiffjorixxu u jsiru aktar kompetittivi permezz tal-ICT.

Il-punt ewlieni huwa li t-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa għandha tipproteġi u ssaħħaħ iċ-ċittadini, in-negozji u s-soċjetà kollha kemm hi. M’għandhiex tkun marbuta mal-profitt ta’ ftit nies iżda għal opportunitajiet tal-ħafna. L-Ewropa se tkompli tippreserva s-soċjetà miftuħa, demokratika u sostenibbli tagħha, u l-għodod diġitali jistgħu jappoġġjaw dan il-prinċipju.

L-Att Ewropej dwar is-Servizzi Diġitali ġie mħabbar fil-programm tas-Sinjura von der Leyen u jsaħħaħ il-kamp ta’ applikazzjoni tat-teknoloġija li taħdem għan-nies. Mingħajr sorpriża, il-liġi li oriġinarjament maħsuba biex tissostitwixxi d-direttiva ċentrali dwar il-kummerċ elettroniku, għandha twessa’ l-ambitu tas-suq intern Ewropej. Dan hu kompitu li bla dubju joħloq għadd ta’ sfidi ġodda għall-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Il-Kummissjoni se tippreżenta l-Att dwar is-Servizzi Diġitali aktar tard din is-sena b’għadd ta’ proposti, inkluż il-ħolqien ta’ qafas regolatorju uniku għall-kumpaniji li għandhom aċċess għas-suq intern Ewropej, it-tisħiħ tal-pjattaformi online u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Qed tiġi proposta reviżjoni tar-regoli tal-eIDAS (regolament tal-UE dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-Suq Uniku Ewropew) biex tippermetti identità elettronika aktar sigura li tagħti lin-nies kontroll fuq id-data li jaqsmu online.

Il-ġlieda għall-futur diġitali tagħna teħtieġ li Malta, flimkien mal-imsieħba Ewropej, tiżgura li t-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni jiġu rikonċiljati mal-protezzjoni industrijali u l-privatezza. Il-kontinent għandu r-responsabbiltà li jsib modi kif jiffaċilita l-aċċess mingħajr ma jissagrifika l-interess pubbliku.

Dan l-artiklu tħejja billi inġabru diversi sorsi ‘onlajn’ disponibbli pubblikament. Segwina fuq: eskills.org.mt jew Facebook: www.facebook.com/ESkillsMalta; www.facebook.com/CodeEUMalta/ jew fuq Twitter: https://twitter.com/eSkills_Malta jew ibgħatilna email fuq: info.eskills@eskills.org.mt