Tlett irġiel arrestati b’rabta ma’ aggressjoni u serqa fuq żagħżugħ f’San Ġiljan fil-21 ta’ Ottubru għall-ħabta tat-3.00am.
Il-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan ġew avżati b’dan il-każ hekk kif iż-żagħżugħ, Ungeriż ta’ 27 sena, daħal l-Għassa biex jirrapporta li ġie aggredit u misruq minn xi persuni fi Triq San Ġorġ.
L-ewwel investigazzjonijiet urew li wieħed mill-aggressuri qabad lill-vittma minn għonqu u tefgħu fl-art, u l-oħrajn serqulu l-arloġġ ta’ ma’ idejh u l-oġġetti li kellu fil-but. Wara ħarbu minn fuq il-post.
Minn iżjed stħarriġ, l-irġiel ġew identifikati bħala Somali u ġew arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri.
It-tliet Somali, tnejn ta’ 24 sena u ieħor ta’ 26 sena, mistennija jitressqu l-Qorti għada, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

