Lokali Qorti

Posposta ix-xhieda ta’ Chris Cardona fl-inkjesta, mistenni jixhed nhar il-Ġimgħa

L-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fejn kien hemm stennija kbira għaliha fil-Qorti għal dak li għandu xi jgħid l-eks Ministru Laburista Chris Cardona li se jitpoġġa’ għall-iskrutinju tad-domandi ġiet posposta. Cardona issa mistenni jixhed nhar il-Ġimgħa.

Din l-inkjesta pubblika hija mmexxija mill-Imħallef irtirat Michael Mallia, l-ex-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro. L-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qegħdin jidhru għall-familja Caruana Galizia.