Coronavirus Futbol Sport

L-Awtoritajiet tas-Saħħa ma jaċċettawx li l-partitarji jirritornaw fl-istadiums

F’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook, is-South End Core qalu li l-Awtoritajiet tas-Saħħa lokali ma aċċettawx l-idea li l-partitarji jirritornaw fl-istadiums għall-partita internazzjonali li t-tim nazzjonali Malti se jkun qiegħed jilgħab fil-jiem li ġejjin.

https://www.facebook.com/southendcoremalta/posts/3540569429361719

Is-South End Core tennew li huma ma jistagħux jifhmu kif l-awtorijtajiet qegħdin jaċċettaw li avvenimenti tal-massa fuq ġew qed jitħallew isiru, iżda l-partitarji m’humiex jitħallew jidħlu fl-istadiums. Huma żiedu jgħidu li l-partiti internazzjonali setgħu jintużaw bħala esperiment għall-kampjonati lokali wara li l-UEFA tat permess li għall-partiti internazzjonali jitħallew jidħlu sa 30% tal-partitarji.

Il-messaġġ temm jgħid li l-grupp qed jittama’ li l-partitarji jkunu jistgħu jirritornaw f’Marzu tas-sena d-dieħla għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022.