Oħt l-għarus ta’ Charlene Farrugia, Abigal Tanti kienet għamlet rapport lill-Pulizja li tliet sigħat wara kienet fil-kumpanija tagħha. Lill-Pulizija tal-Għassa tal-Qawra qaltilhom li kienet nieqsa.
Dan għamlitu wara li marret fl-appartement tagħha u ma sabitix hemm. Kienet anke bagħtet messaġġ lil Charlene Farrugia kienet anke bagħtet messaġġ u ppruvat iċċempel lil Charlene Farrugia, imma kien kollu għalxejn.
Dan ħareġ meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ John Paul Charles Woods ta’ 40 sena li qed jiġi ġie mixli li f’Novembru ta’ 12-il sena ilu, qatel lil Charlene Farrugia, li kellha ta’ 25 sena li kienet taħdem bħala carer, u li din kienet instabet imqatta’ biċċiet, f’xelter fil-Belt. Il-fdalijiet tagħha kienu nstabu f’Lulju tal-2019.
Fuq mistoqsija ta’ Roberta Bonello, l-Avukat ta’ Woods, għaliex ħasset li wara biss tliet sigħat li kienet magħha ħasset li kellha tagħmel rapport ta’ ‘missing person’, qalet ma tiftakarx, u ftit wara qalet li għaliex hekk ħasset dak il-ħin.
Qalet li tiftakar hija li meta ċemplet l-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra, qalulha li jkun aħjar li jsir rapport, u li dan għandu jsir minn tal-familja. Kif Abigail Tanti kienet se tibda tixhed, l-Avukat Lucio Scirha li kien qed jirrapreżentaha qal lill-Qorti biex il-Prosekuzzjoni mmexxija mis-Supretendent James Grech tiddikjara li mhumiex se jittieħdu passi fil-konfront tagħha.
L-uffiċjal Grech ikkonferma li sal-lum ma hemm l-ebda indikazzjoni li se jittieħdu passi fil-konfront ta’Tanti iżda ma jistax jgħid x’se jiġri ‘l quddiem. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Mars-Anne Farrugia wissietha li dak kollu li kienet se tgħid jista’ jinkrimina fil-futur u għalhekk tista’ tagħżel li ma tweġibx għal xi domandi.
Tanti qalet li hija kienet taf lil Charlene Farugia peress li kienet toħroġ ma ħuha Jonathan Attard. Ma tiftakarx kemm damet toħroġ miegħu imma għamlet perjodu tgħix ma’ ħuha, li kien il-ħabs u li dan kien spiċċa l-ħabs xi ġimgħa qabel ma hija spiċċat nieqsa.
Qalet li kienu wkoll għamlu perjodu jgħixu flimkien. Tanti qalet li hija kellha relazzjoni ma’ ċertu Jesmond Cassar. Wara nofs inhar qalet li hi u Jesmond Cassar kellhom imorru għal Charlene fl-appartament tagħha.
Hemmhekk sabu lit-tfal ta’ Attard li kienet qed tieħu ħsiebhom il-vittma. Meta ma sabuhiex hemm iddeċidiet li tagħmel rapport. Hija anke irnexxielha ġġib in-numru tat-telefon tal-ġentituri tagħha u qaltilhom li ma nstabitx.
Abigail Tanti qalet li wara kienet baqgħet tmur l-appartament anke biex tieħu ħsieb it-tfal. Qalet li hija kienet infurmat lil ħuha l-ħabs li Charlene Farrugiua kienet nieqsa u li għamlet rapport lill-Pulizija.
L-Avukat Roberta Bonello, staqsiet jekk dak inhar li marret tagħmel ir-rapport kienux flimkien, ix-xhud, Jesmond Cassar u Charlene, b’Tanti tgħid li ma tiftakarx kienx magħha ġurnata sħiħa.
Dwar l-oġġetti li kien hemm fl-appartament, qalet li dawn tagħthom lill-ġenituri ta’ l-għarusa ta’ ħuha, u li iżda kien hemm xi oġġetti nieqsa li qalet bihom lill-Pulizija. Qalet li l-affarijiet li għaddiet lill-ġenituri tagħha kienu jikkonsistu f’diversi oġġetti bħal televixins.
Xehed ukoll is-Surġent Anthony Portelli li qal li fid-19 ta’ Lulju 2019 kien infurmat li kien hemm persuna Mater Dei li ried jistqarr li kien involut f’omiċidju li kien seħħ snin qabel.
Portelli kompla jirrakkonta kif kien kompla l-proċess sakemm ġie arrestat Woods, li kien irrinunzja d-dritt li jkollu avukat. Wara li tkellem mal-Ispettur Jonathan Ransley u s-Supretendent James Grech,
Woods kien qalilhom li jrid jurihom fejn ħeba l-fdalijiet tal-vittma Charlene Farrugia li kienet għebet fl-2008. Woods indikalhom fejn kien il-post, taħt il-lukanda Phoenicia fil-Floriana.
Qal li hu kien preżenti meta daħlu minn mina u kien hemm xelter fejn l-akkużat indikalhom li hemm il-fdalijiet. Wieħed mill-uffiċjali kien ħareġ żewġ xkejjer bil-fdalijiet ta’ bniedem, fosthom ras u xi għadam.
Kienu wara reġgħu marru l-uffiċċju u bagħtu għal ċertu Kevin Brincat, magħruf bħala “Iċ-Ċiniż”, peress li Woods qalilhom li l-vettura ta’ Charlene kien taha lilu. Brincat kien baqa’ jsostni mal-pulizija li l-mowbajl tal-vittma qatt ma ġie f’idejh.
Għamlu l-arranġamenti ma’ sid l-appartanent fejn kienet tgħix il-vittma fi Triq Efesu, f’San Pawl il-Baħar, biex jispezzjonawh. Sid l-appartament kienet toħroġ mal-akkużat.
Ix-xhud qal li Charlene allegament kienet nqatlet f’dan l-appartament u meta l-Pulizija staqsewha min kien joqgħod fil-appartament fl-10 snin ta’ qabel. F’Novembru u Diċembru tal-2008 kien joqgħod Woods, imbagħad spiċċa l-ħabs, u kienet toqgħod hi biss fih.
Fl-2011 reġa’ beda joqgħod fih Woods. Wara kien joqgħod raġel ieħor li kellu relazzjoni magħha. L-appartament għamel xi żmien vojt ukoll. F’Lulju tal-2019 Woods ried li jieħu lill-Pulizija fl-appartament.
Is-Surġent Portelli qal li fit-22 ta’ Lulju tal-istess sena Woods kien issentenzjat fuq każ ieħor u kien qalilhom li waqt li kien mimdud fuq is-sodda filgħodu, ġiet persuna ssejjaħlu b’ismu mit-tieqa ta’ wara ċ-ċella.
Il-Pulizija talbu l-filmati tal-ħabs u ntebħu li kien Jesmond Cassar “It-Tito” li dam xi żewġ minuti quddiem it-tieqa. Talbu lid-Direttur tal-ħabs biex jiċċekkjaw is-‘single room’ minn ġewwa u sabu li minn ġewwa ma tistax tara barra.
L-avukat Bonello staqsiet lix-xhud jekk staqsewhx x’qallu “It-Tito”. Huwa wieġeb billi qalWoods kien ġie mistoqsi mill-Ispetturi waqt l-interrogatorju, u li ma kienx preżenti.
Woods jinsab akkużat bil-qtil u li ħeba l-katavru ta’ Charlene Farrugia. Il-fdalijiet tagħha nstabu f’Lulju li għadda, 11-il sena wara li għebet. Charlene Farrugia kellha 25 sena meta sparixxiet.
Woods kien inqabad mill-Pulizija wara ‘hold up’ li allegatament kien wettaq f’ħanut fil-Gżira, u li huwa kien taħt l-influwenza tad-droga u alkoħol. Għall-akkużat qed tidher l-Avukat Roberta Bonello.
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur James Grech filwaqt li għall-familja tal-vittma qed jidhru l-Avukati Mario Mifsud u Chris Camilleri. Il-kumpilazzjoni se tkompli fil-21 ta’ Diċembru li ġej fl-10.30am.