Lokali Parlament

Proġetti enormi li se jbiddlu t-tessut tan-Naxxar

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li bħalissa hemm ippjanati sitt proġetti enormi li se jbiddlu t-tessut tas-soċjetà u tar-raħal tan-Naxxar.

Fl-Aġġornament Claudette Buttigieg tkellmet dwar in-Naxxar u qalet li l-kunsill lokali qed iwettaq ħidma biex jiddefendi l-interessi tal-lokal. Hi semmiet iż-żona tat-Trade Fair u qalet li din hi żona importanti bħala spazju miftuħ.

Hemm żoni mmarkati għall-iżvilupp u nifhem li t-Trade Fair hi mitluqa u fiha jrid isir xi ħaġa, qalet Claudette Buttigieg, li kompliet li f’din iż-żona ma jistax isir li jrid. Hi semmiet l-applikazzjoni għal żvilupp enormi ta’ 113-il appartament, supermarket u gym u qalet li l-kunsill u s-soċjetà tan-Naxxar pprotestaw.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li minbarra dan l-iżvilupp, f’dawn iż-żoni hemm applikazzjonijiet għal sitt proġetti enormi li se jbiddlu t-tessut tar-raħal tan-Naxxar u anki d-dehra taż-żona. It-Trade Fair ma tistax tibqa’ hekk iżda l-proposti li qed jissemmew huma inkwetanti u għalhekk fil-parti ta’ Triq Santa Luċija fejn sqaqien dojoq diġà hemm effetti negattivi b’inġenji kbar.

Il-proġetti huma l-iżvilupp tat-Trade Fair Grounds, l-iżvilupp tal-parkeġġ tat-Trade Fair, proġett roqgħa art żgħira ħdejn il-Ħniena Divina li setgħet saret żona ta’ rikreazzjoni għat-tfal, proġett residenzjali kbir lest fi Triq il-Markiż Ċensu de Piro, il-proġett l-ieħor li jmiss propju ma’ dawn iż-żoni u l-poġett tal-gvern reach comminity hub li se jsir f’oqgħa għelieqi. Il-proġett waqaf minħabba fdalijiet storiċi b’konsegwenzi ta’ trabijiet kbar.

Claudette Buttigieg qalet li mhux ikun kakulat sew it-tip ta’ żvilupp li qed isir u għalhekk għandu jsir kalkolu meħtieġ. Hi sostniet li l-Magħtab ukoll hu parti min-Naxxar iżda l-ħasra hi li meta beda l-engineered landfill kien hemm pjan anki fil-kuntest tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-post fejn sar l-impjant għar-riċiklar ta’ Sant’Antnin.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern se jagħmel erba’ impjanti kbar fiż-żona inkluż numru ta’ inċineraturi; kollox se jinħabar fil-Magħtab. S’issa għad m’hemmx enviroment impact assessment għaż-żona; jew jekk hemm għadu mhux pubblikat. Din iż-żona se ssir l-uniku żona fejn jinġabar l-iskart kollu tal-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li minħabba x-xogħol ta’ bħalissa f’Burmarrad, it-traffiku qed jikkawża konġestjoni fin-Naxxar. Hi qalet li dan għandu jkun eżempju ta’ se jkunu l-effetti fuq in-Naxxar jekk il-proġetti jsiru kif pjanat.

Id-deputat Nazzjonalista appellat biex jintrefgħu r-responsabbiltà dwar rimi ta’ skart li qed disr fin-Naxxar.