Lokali

Rapporti ta’ splużjoni f’Ta’ Farsina f’Ħal Qormi

Fl-aħħar ħin membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ uffiċjali tal-Pulizija ġew imsejħa fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Farsina, f’Ħal Qormi wara li seħħet splużjoni.

S’issa mhux magħruf x’setgħa wassal għal din l-isplużjoni, madanakollu nies fil-post qed jindikawlna li hemm possibilità li kien każ ta’ ċilindru tal-gass li sploda f’residenza bil-konsegwenza li żviluppa xi nar.

Fil-post għamel il-wasla tiegħu wkoll tim mediku tal-ambulanzi. S’issa mhux magħruf jekk hemmx persuni midruba.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.