Futbol Sport

Stennija għad-deċiżjoni finali dwar il-partita Juventus v Napoli

Matul il-jum ta’ għada mistennija tittieħed deċiżjoni finali dwar il-partita tas-Serie A bejn Juventus u Napoli. Il-partita li kellha tintlagħab fl-4 ta’ Ottubru kellha tiġi kkanċellata wara li Napoli ma vjaġġawx għall-kofront tagħhom f’Turin kontra Juventus minħabba l-coronavirus.

Ftit jiem wara li kellu jintlagħab dan il-konfront il-Qorti tal-FIGC iddeċidiet li tagħti rebħa ta’ 3-0 lil Juventus, b’Napoli jappellaw minn din id-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Apell b’liem każ kompla jinstema llum, bid-deċiżjoni finali mistennija tittieħed għada.