Ftit tal-minuti ilu, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar tliet vittmi oħra tal-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru qal li l-vittmi kienu tliet anzjani.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjan ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-3 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Dan ifisser li l-vittmi tal-virus f’pajjiżna issa telgħu għal 81.
//= $special ?>