Lokali Parlament

U-turn mill-gvern biex tiżdied l-età tal-irtirar tal-imħallfin sa 68 sena

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-gvern issa għamel u-turn dwar l-età tal-imħallfin u qed jipproponi li din titla’ minn 65 sena għal 68 sena; proposta li l-PN kien għamel fl-2016. Dan meta kien jopponi bis-saħħa kollha propju biex l-ex Prim Imħallef Silvio Camilleri ma jkunx jista’ jibqa’ fil-kariga.

Fil-parlament Jason Azzopardi tkellem dwar l-età tal-irtirar tal-Imħallfin titla’ min 65 sena għal 68 sena u qal li l-PN jaqbel anzi l-gvern ta raġun lill-Oppożizzjoni erba’ snin tard. Hu qal li l-PN jaqbel ma’ din il-proposta għaliex fl-età ta’ 65 sena l-imħallfin ikunu fl-aqwa perjodu tal-esperjenza u l-kapaċità tagħhom.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-2016, il-PN ppropona Awtorità għall-Għażla tal-Ġudikanti biex il-ħatra ma tiqbax f’idejn il-Prim Ministru. Klawsola minnhom f’dan l-abbozz kienet tipproponi propju l-bidla dwar l-età; liema kliem llum huma riflessi fil-liġi li ressaq il-gvern; kien il-gvern li għamel u-turn. Il-gvern, bla raġunijiet validi, assolutament ma riedx jiddiskuti dan il-punt fl-2016.

Il-gvern ma riedx li l-Prim Imħallef Silvio Camlleri jibqa’ fis-seħħ għaliex ried bidla, sostna Jason Azzopardi, li qla li iss al-gvern ma jsibx post għal Silvio Camilleri biex jaħgmel l-inkjesti għaliex dawn qed isiru dejjem mill-istess persuna.

Jason Azzopardi kkwota minn diskors tal-ex Prim Imħallef Silvio Camilleri dwar il-governanza fejn kien sostna li s-saltna tad-dritt teffettwa lin-nies.

L-ex Prim Imħallef Silvio Camilleri

Hu sellem lill-ġudikatura u sostna li mhux faċli li jingħad li d-dewmien hu tort tal-ġudikatura għaliex dawn fil-fatt jaħdmu siegħat twal; għalkemm hemm ġudikanti li għandhom iwettqu iktar.

Issa hemm rabta diretta bejn il-governanza u l-fondi li tagħti l-UE; liema fondi issa huma marbuta mas-saltna tad-dritt fejn il-gvernijiet ma jistgħux iħallu l-impunità u l-ħtif tal-istituzzjonijiet. Is-saltna tad-dritt issa qed tolqot lill-pajjiżi b’mod dirett; issa l-gvern ġie fi kliem il-PN u dak li qal l-ex Prim Imħallef Silvio Camilleri.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN ma jaċċetta qatt li jsiru liġijiet li b’xi mod ikissru jew inaqqsu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Jason Azzopardi semma’ l-inkjesti u qal li wasal iż-żmien li jinbidel il-mod kif isiru l-kumpilazzjonijiet u min jagħmel l-inkjesti maġisterjali. Hu ppropona li min ikun qed jagħmel l-inkjesti għandu jkun iffukat biss fuq l-inkjesti.

Jeħtieġ li tinbidel il-liġi dwar l-inkjesti, sostna Jason Azzopardi, li tratta d-dewmien fil-kumpilazzjonijiet u qal li hemm ħafna dewmien f’dan il-proċess ppropona wkoll li jsiru diskussjonijiet mal-Kamra tal-Avukati u l-Assoċjazzjoni tal-Ġudikatura biex tinbidel is-sistema; kif sar fl-Ingilterra.

Hu appella lill-gvern biex jinħatru iktar membri tal-ġudikatura u kompla li issa li s-sistema hi waħda li tiggarantixxi l-indipendenza tal-ġudikatura mingħajr poter tal-politiku, m’hemmx xejn xi jżomm li jkun hemm ħatriet ġdoda ta’ maġistrati u imħallfin. Id-deputat Nazzjonalista ppropona li kawżi fl-appell fejn ma jkunx hemm sentenzi ta’ ħabs jistgħu jsiru on-line.