Lokali

VOX POP: Il-Ministri ma jafux kif inħatar Chairman ġdid tal-FIAU

Taħwid u perplessita minn Ministri tal-Gvern dwar il-ħatra taċ-Chairman tal-FIAU mill-Prim Ministru migħajr l-iskrutinju Parlamentari li huwa mitlub mill-liġi.

L-aktar Ministru qrib ta’ Robert Abela… Carmelo Abela… li huwa Ministru fl-Uffiċu tal-Prim Ministru… meta mistoqsi dwar dan saħaq li pajjiżna għandu l-liġijiet.

Mistoqsi allura għalfejn il-Prim Ministru ma żammx mal-liġijiet.. Abela qal li Gvern Laburista għamel liġijiet għal skrutinju.

Intant l-eks Minitru tal-Ġustizzja u llum Ministru tal-Edukazzjoni…Owen Bonnici… ukoll ma kienx jaf eżatt x’taħwid sar mill-proċedura mitluba… u saħansitra deher ifarfar ir-responsabbiltà ta’ din il-ħatra minn fuq il-Prim Ministru għal fuq ħaddieħor…

Il-Ministru Jose Herrera ukoll deher perpless… u ma kienx jaf xi proċedura suppost intużat f’dan il-każ.

Intant… il-Ministru responsabbli mill-Finanzia u li taħtu taqa’ direttament l-FIAU… baqa’ dieħel il-Parlament u ma weġibx għall-mistoqsijiet ta’ Net News.