Kurżitajiet Lokali

X’għamlu Ugo Mifsud Bonnici u Guido de Marco fil-Parlament?

X’kienu jagħmlu l-Amerikani f’pajjiżna? U x’għamlu darba hu u Guido De Marco fil-Parlament waqt diskors li kien qed jagħti l-Perit Mintoff? Bejn ċajta u rakkont illejla se nsiru nafu ferm aktar lil ġentlom mill-aqwa.

L-iżgħar minn żewġ aħwa subien, mill-Belt ta’ Bormla u serva fl-irwoli l-aktar għolja ta’ pajjiżna. Il-Profil tal-lejla huwa Ugo Mifsud Bonnici fejn se jgħidilna numru ta’ ġrajjiet li ltaqa’ magħhom kemm dawk fil-ħajja politika u bosta ġrajjiet oħrajn.

Insomma ħafna aktar rakkonti llejla waqt PROFILI fid-8.45pm fuq Net TV. Niltaqgħu!

https://www.facebook.com/NETTVmalta/posts/10158453107959003
Tags