Tliet Somali żgħażagħ ta’ bejn l-24 u s-26 sena, ġew ikkundannati 11-il sena ħabs bejniethom wara li ammettew li serqu oġġetti u flus kontanti fil-konfront ta’ Ungeriż ta’ 27 sena u li kkaġunawlu ġrieħi ta’ ħfief. Il-każ kien eħħ fil-21 ta’ Ottubru li għadda fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
L-ewwel investigazzjonijiet urew li wieħed mill-aggressuri qabad lill-vittma minn għonqu u tefgħu mal-art u l-oħrajn serqulu l-arloġġ minn idejh u l-oġġetti li kellu fil-but. Wara huma ħarbu minn fuq il-post.
Minn aktar stħarriġ, l-irġiel ġew identifikati u arrestati u ammettew mill-ewwel li kienu huma li wettqu r-reati. Is-Somali Abdikarim Isman Omar, Mustafa Aseyr Ahmed u Mahad Ahmed Abdullahi, tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.
Isman Omar u Aseyr Ahmed għal erba’ snin ħabs waqt li lil Ahmed Abdullahi kkundannatu tliet snin ħabs. Il-ħatja ġew ordnati wkoll iħallsu lill-vittma s-somma ta’ €165 kull wieħed.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit, Jonathan Cassar u Stephen Gulia mentri għas-Somali deher l-Avukat Benjamin Valenzia.
//= $special ?>