Coronavirus Lokali

Anke l-Pulizija jinsabu mħassba bl-attivitajiet tal-massa

"...ma jidhirx li huwa għaqli li dawn l-attivitajiet jiġu promossi u inkoraġġuti f’pajjiżna"

L-attivitajiet tal-massa jirrikjedu l-presenza tal-Pulizija biex tinzamm l-ordni u l-paci pubblika u dan b’riskju lejn saħħet l-istess Pulizija u l-familji tagħhom. Hekk intqal fi stqarrija maħruġa mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija (MPA) b’reazzjoni għal dak li tħabbar mill-Gvern fl-aħħar sigħat.

L-MPA insistiet li għal-darb’ohra ser tkun qegħda tieħu kull azzjoni necessarja sabiex tħares l-interess tal-Pulizija u tal-familji tagħhom li qegħdin jew ser jkunu qegħdin jiġu mitluba jassistu u jaħdmu f’attivijitajiet simili.

“Infakkru li anki l-awtoritajiet tas-saħħa, forsthom id-Deputat Prim Ministru qegħdin iħeġġu l-popolazzjoni sabiex dan il-Milied, jevitaw ġemgħat, anki tal-istess familja.”