Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 153 każ ġdid

Il-każi attivi jaqbżu l-2,000

Fl-aħħar sigħat pajjiżna rreġistra 153 każ ġdid pożitiv ta’ COVID… bit-total ta’ każi attivi issa jaqbżu l-2,000…. preċiżament 2,043.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa fiequ 89 persuna oħra, biex b’hekk it-total ta’ dawk li fiequ tela’ għal 5,274.

Mill-każi mħabbra t-Tnejn 15 kienu każi li ħadu dan il-virus mill-qraba, 2 persuna ħadu dan il-virus minn fuq il-post tax-xogħol, 6 kellhom kuntatt dirett ma’ każ pożittiv, żewġ persuna ħadu il-virus wara li attendew attività soċjali, filwaqt li erba’ każijiet kienu impurtati. Il-bqija tal-każi kienu kollha sporadiżi, jiġifieri ma jafux minn fejn ħadu dan il-virus.