Matul Pink October, ix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, Dove Malta kkollaborat ma’ Europa Donna Malta, NGO li qed tgħin lin-nisa li qegħdin jiġġieldu kontra din il-marda.
Il-kampanja ta’ Dove Malta qajjmet kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider u l-importanza li jsiru konsultazzjonijiet mat-tobba fejn hemm bzonn, filwaqt li ħeġġet lill-pubbliku ġenerali biex jagħmel donazzjoni lill-NGO Europa Donna Malta.
Kelliem għal Dove Malta qal li huwa importanti li nagħrfu li, kull sena, bosta nisa jfittxu l-għajnuna minħabba l-kanċer tas-sider, u li fl-istess waqt għandna nagħmlu l-almu tagħna biex nappoġġjaw lil dawn in-nisa. “Dove Malta ħasset il-ħtieġa li tagħmel il-parti tagħha billi tqajjem kuxjenza dwar ix-xogħol kbir ta’ Europa Donna Malta, li ilhom jappoġġjaw lin-nisa għal aktar minn 30 sena.”
Dove reċentement nediet firxa ġdida ta’ deodoranti b’0% ta’ aluminju. Nisa li bħalissa qegħdin ibagħtu b’kanċer tas-sider, jistgħu jużaw d-deodoranti Dove 0% bla periklu, minħabba li ma fihomx melħ tal-aluminju li ġeneralment jinstab fl-antiperspiranti.
Unilever UK Ltd għandhom ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva proprju fil-qalba tal-organizzazzjoni u jfittxu li jmexxu bidla pożittiva permezz tan-negozju tagħhom. Il-kumpanija tkompli tappoġġja lin-nisa kollha, u tagħtihom il-kunfidenza li jistħoqqilhom.
Għal aktar informazzjoni żur https://www.dove.com/uk/deodorants/zero-aluminium-deodorant.html
//= $special ?>